Jisħaq fuq iktar attenzjoni lill-immigrazzjoni

Fi Bratislava, f’laqgħa informali tal-Ministri, id-Deputat Prim Ministru Louis Grech saħaq li għall-UE hemm temi sensittivi, kumplessi u ta’ theddid bħalma hi t-tema tal-immigrazzjoni.
Waqt li qal li l-pajjiżi membri għandhom jimplimentaw l-Aġenda Ewropea u li hemm qbil dwar il-Proġett Ekonomiku Ewropew, Louis Grech tenna li l-UE hi nieqsa mill-implimentazzjoni ta’ prijoritajiet, fosthom is-sigurtà interna.
Fl-istess ħin, saħaq li ċ-ċittadini fl-UE jridu jħossuhom siguri u li dawn qed iħossu li t-tweġiba ta’ pajjiżhom, għall-immigrazzjoni u s-sigurtà, hi iktar f’lokha mit-tweġiba Ewropea.