Jisgassaw barbier: jisirqulu l-apparat u l-flus kollha

Matul il-lejl li għadda, persuni mhux identifikati sgassaw il-bieb ta’ barbier, serqulu l-appart elettroniku u ħadu xi flus li kien hemm fl-istabbiliment.
Il-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-każ seħħ fil-lejl ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn għall-ħabta tat-2.45am fi Triq il-Korp tal-Pijunieri f’San Pawl il-Baħar.
Ħafna xerrdu il-messaġġ li sid il-ħanut tella’ fuq Facebook, b’uħud jikkummentaw b’lingwaġġ aħrax fil-konfront tal-agressuri.
Appella wkoll biex min għandu xi informazzjoni jikkuntattjah jew jgħaddiha lill-Pulizija.