Aġġornata (1): Ġrieħi ħfief għar-raġel li sfronda saqaf fuqu

Ir-raġel li s-Sibt filgħaxija waqa’ saqaf fuqu fil-Fgura sofra biss ġrieħi ħfief.
Kelliema għall-Pulzija qalet lil Newsbook.com.mt li r-raġel ittieħed mill-ewwel Mater Dei, iżda ġie ċċertifikat li ma sofriex ġrieħi gravi.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanza marru fuq il-post u rnexxielhom jieħdu l-persuna l-isptar Mater Dei.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8pm.
Ritratt: Arkivji