Jisfronda saqaf; jeħlisha ħafif

Ċeda saqaf fi Triq il-Wied, f’Birkirkara, ftit ‘il bogħod minn stabbiliment magħruf tal-ikel. Fi stqarrija, l-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-2:00pm

Ħaddiem li kien fuq il-bejt ta’ fejn kienet qed isseħħ il-kostruzzjoni nduna li kien se jċedi s-saqaf u għajjat biex il-persuna li kienet bilqegħda fuq bank taħt dan il-bini tersaq biex ma tweġġax.

Il-persuna li kienet bilqegħda, skont xi sorsi li tkellmu ma’ Newsbook.com.mt qalu li kien fuq bank ‘il ġewwa minn fejn kien magħluq.

Għalkemm issejħet ambulanza fuq il-post, ir-raġel jidher li ħelisha ħafif.

Jidher li s-saqaf tal-post fejn qed issir il-kostruzzjoni ċeda u b’hekk il-ġebel niżel fuq il-bankina.