Jisfronda saqaf fil-Belt; raġel l-isptar

Aġġornat 08:54 AM

Sfronda parti minn saqaf fil-Belt Valletta, waqt li kien hemm raġel fuqu.

Il-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li fi Triq San Kristofru fil-Belt Valletta, fit-3.10pm, sfronda parti minn saqaf ta’ residenza. Kien hemm raġel ta’ 42 sena minn Ħaż-Żebbuġ fuqu, u waqa’ madwar sular b’kaġun tal-inċident. Huwa kien qed iħott xi xogħol fuq is-saqaf.

Skont il-Pulizija, ir-raġel sofra minn ġrieħi gravi.