Filmat: Jisfronda parti minn saqaf ta’ ħanut fl-Imsida

Read in English.

Sid ta’ ħanut jista’ jgħoddha b’waħda hekk kif waqa’ parti mis-saqaf tal-ħanut tiegħu f’Tal-Pietà viċin l-Imsida. L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar meta s-suffitt tal-ħanut sfronda u ġie għal fuq il-ħanut.

Ħadd ma’ weġġa’ f’dan l-inċident iżda t-triq tinsab magħluqa. Kelliem għall-Pulizija kkonferma li seħħ incident fi Triq Bordin.

Uffiċjali mit-Taqsima tal-Forensika dehru fuq il-post flimkien ma’ għadd ta’ uffiċjali oħra tal-Pulizija. Fuq il-post kien hemm ukoll sid il-ħanut