Jisfratta kumplott ta’ żewġ subien biex jisplodu l-Palazz ta’ Buckingham

Fir-Renju Unit, kumplott ta’ żewġ adoloxxenti biex jaħdmu splussivi u jisplodu l-Palazz ta’ Buckingham, skola pubblika u l-bini tal-Parlament, ġie sfrattat minn omm wieħed minnhom.
L-adoloxxenti subien li għandhom 16-il sena bdew jiskontaw sena priġunerija, wara li ammettew li żammew kimika li xtraw minn fuq l-internet.
Esperti kkonfermaw li l-materjal seta’ ntuża biex jinħadem splussiv.
F’Ottubru li għadda, iż-żewġ subien tkellmu fuq Skype u ddiskutew bejgħ ta’ drogi biex ikunu jistgħu jixtru materjal għall-isplussivi.