Aġġornata: Jisfidaw il-kesħa u jgħumu għall-karità

Aktar minn €2,300 inġabru dalgħodu fl-għawma li saret l-Għadira b'risq id-Dar tal-Providenza. Preżenti sabiex jagħti l-appoġġ tiegħu għal din l-attività, kien hemm is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, Chris Agius.
Aktar qabel:
Aktar kmieni llum, saret l-Għawma tal-Karità b’risq id-Dar tal-Providenza. 
Din saret l-Għadira minflok fil-Marfa.
Newsbook.com.mt tkellem mad-Direttur tad-Dar tal-Providenza Fr Martin Micallef .
B’temperaturi li jinħassu qrib it-8 gradi selsjus, madwar 50 persuna sfidaw il-kesha u niżlu jgħumu. 
Din l-għawma hi inizjattiva ta’ Manuel Calleja ta’ Koptaco Coaches Cooperative Ltd.  Numru ta’ għaqdiet sportivi oħra qed jappoġġaw dan il-ġest nobbli.  Fosthom il-Malta Rugby Football Union u diversi klabbs ta’ arti marzjali u dixxiplini oħra.
Membri minn dawn l-għaqdiet se jaqbżu l-baħar għall-karità jew jagħmlu donazzjoni ta’ €10 għad-Dar tal-Providenza.