Jirtira l-eks plejer ta’ Arsenal u Chelsea, Ashley Cole

Ashley Cole ħabbar li se jkun qed jirtira mill-futbol fl-età ta’ 38 sena wara li għamel 20 sena ta’ karriera f’dan l-isport. L-eks plejer ta’ Arsenal, Chelsea u tat-Tim Nazzjonali Ingliż ħabbar dan fuq wieħed mill-programmi ta’ Sky Sports.

Hu beda l-karriera tiegħu ma’ Arsenal u ħa d-deċiżjoni ferm kontroversjali li jmur ma’ Chelse lura fl-2006. Hu lagħab ukoll ma’ Roma. LA Galaxy u l-aħħar staġun ma’ Derby. Issa se jkun qed ikompli fil-coaching. Dan qalu waqt l-intervista fuq l-istess programm u żvela li diġà qed jagħmel xi kors biex jitgħallem aktar dwar il-coaching.