Jirriżulta fin-negattiv it-tieni test f’Malta għall-coronavirus

REUTERS/Thomas Peter

Read in English.

Ġiet ittestjata t-tieni persuna f’Malta għall-coronavirus, iżda dan it-test irriżulta fin-negattiv.

Dan ikkonfermatu ma’ Newsbook.com.mt Dr Charmaine Gauci, is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika.

S’issa f’Malta saru żewġ testijiet għall-coronavirus, peress li żewġ persuni qablu mal-iscale definition. Dan ifisser li huma kienu msefrin fiċ-Ċina fl-aħħar 14-il jum, u kellhom sintomi simili għall-coronavirus.

L-awtoritajiet qegħdin isegwu lill-persuni li vvjaġġaw iċ-Ċina riċentament. Dr Gauci spjegat li l-moniteraġġ isir billi lil dawn il-persuni jitolbuhom jieħdu t-temperatura darbtejn kuljum, u billi jagħmlu kuntatt magħhom kuljum biex jaraw kif inhuma.

Intant, ilbieraħ ġie kkonfermat it-tielet każ tal-coronavirus fir-Renju Unit.

L-għadd ta’ persuni mejta minħabba dan il-virus fiċ-Ċina tela’ għal 636. It-total ta’ każijiet huma 31,161.