Jirriżenjaw 3 mill-Awtorità tal-Ippjanar fosthom Matthew Pace

Ir-riżenja ta’ Matthew Pace kienet waħda mit-tliet riżenji li rċieva l-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar Chris Agius.

AQRA: Kunflitt ta’ interess iwassal biex il-pjan tad-db f’Pembroke jkun revokat mill-Qorti

Pace rriżenja xahar wara li l-Qorti sabet li kellu jastjeni ruħu milli jkun parteċipi fid-deċiżjoni dwar il-permess tal-iżvilupp fuq is-sit fejn kien hemm l-ITS u li fuqu l-Grupp db jrid jiżvilupp is-City Centre Project.

Mill-Awtorità tal-Ippjanar irriżenjaw ukoll Ivan Tabone li kien isservi bħala membru fuq il-bord tal-Awtorità u l-Perit Mariello Spiteri li kien membru tal-Kummissjoni tal-Ippjanar fiż-żona tal-iżvilupp.

AQRA: Proġett db: ‘Matthew Pace għandu jirreżenja mill-PA’ – Joseph Muscat

Skont dak li kiteb fuq Facebook, il-Ministru Ian Borg, it-tliet persuni rriżenjaw minħabba raġunijiet personali. Dwar ir-riżenji l-Gvern għadu ma ħareġ l-ebda stqarrija uffiċjali.

Borg irringrazzjahom ta’ xogħolhom filwaqt li rringrazzja lil kull min iservi fuq bordijiet li huwa ddeskriva bħala importanti minħabba li jieħdu deċiżjonijiet li huwa ddeskriva bħala kruċjali għall-pajjiż.

Bħala Ministru, flimkien mas-Segretarju Parlamentari Chris Agius, responsabbli mill-Planning Authority fl-aħħar ġranet…

Posted by Ian Borg on Friday, July 19, 2019

Il-Ministru b’solidarjetà mal-Professur Victor Axiak

B’referenza għall-kitba li saret mal-bini tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) minn persuni mhux magħrufa, il-Ministru Ian Borg wera solidarjetà tiegħu mal-Professur Victor Axiak li huwa ċ-chairman tal-ERA kif ukoll qiegħed fuq l-istess bord tal-Awtorità tal-Ippjanar.

AQRA: “ERA MAFJA”; L-Awtorità tikkundanna l-vandaliżmu

Borg sostna li filwaqt li f’dawn il-karigi trid tkun lest li tirċievi kritika kostruttiva, “attakki bħal dawn mhux aċċettabbli”.