​Jirriżenjaw 2 imsieħba ta’ KPMG South Africa

Il-Kumpanija KPMG South Africa qalet li tnejn mill-imsieħba tagħha rriżenjaw wara li ffaċċjaw proċeduri dixxipplinarji dwar in-nuqqas tagħhom milli jiżvelaw l-interessi finanzjarji tagħhom f’konnessjoni ma’ VBS Mutual Bank, bank li jinsab taħt investigazzjoni u li tpoġġa taħt it-tmexxija ta’ persuna terzjarja (curatorship).
Reuters irrappurtat li r-riżenja tal-imsieħba Sipho Malaba u Dumi Tshuma ġiet aċċettata.
Fi stqarrija, KPMG qalet li l-proċeduri dixxiplinarji kontra Malaba u Tshuma kienu marbutin mal-Bank VBS u jinkludu n-nuqqas tal-imsieħba milli jżommu mal-politiki tal-kumpanija u l-proċeduri dwar il-preżentazzjoni tal-interessi finanzjarji tagħhom.
Il-KPMG qalet li meta l-VBS daħlet taħt curatorship, ġiet żvelata informazzjoni b’rabta mal-imsieħba li wasslet għal investigazzjoni indipendenti. Il-KPMG qalet li l-investigazzjoni tagħha għadha għaddejja u jista’ jkun li tittieħed aktar azzjoni.