Jirriżenja wara li ħabbar riżultat falz tal-Maltasong qabel il-ħin

Il-PBS ħabbar li editur tas-sit tal-Eurovision irriżenja. Dan wara li bi żball, kien ippubblika artiklu li kien ħabbar li l-kantanta ‘Amber’ kienet rebħet il-Maltasong.

Eventwalment, ir-rebbieħ kien Gianluca Bezzina bid-diska ‘Tomorrow’.

Dan l-iżball seħħ waqt li l-votazzjoni tal-pubbliku kienet għadha għaddejja.

L-organizzaturi tal-festival qalu li biex l-aħbar toħroġ mal-ewwel, jippreparaw diversi artikli minn qabel.

Huma qalu li l-iżball kien wieħed tekniku.