Jirriżenja Scolari…Tite minfloku?

Felipao Scolari biddel fehmtu u ddeċieda li jirriżenja minn kowċ tal-Brażil.  Deċiżjoni prevedibbli wara ż-żewġ logħbiet diżastrużi mal-Ġermanja u l-Olanda. 
L-isem li qed jissemma’ hu dak ta’ Tite, eks kowċ tal-Corintihians stmat ħafna mill-Brażiljani.
Wara t-telfa ta’ 3-0 mal-Olandiżi, Scolari qal li mhux se jirriżenja għax dan it-tim jista’ joffri aktar fil-logħob li jmiss tal-2018 fir-Russja. 
Imma issa jidher li għamel U-turn, anke minħabba l-fatt li l-kuntratt jispiċċalu fl-aħħar tax-xahar.
Irriżenja wkoll il-kordinatur Carlos Alberto Parreira.
Il-Brażil irid iħaffef u jagħżel sew is-sostitut ta’ Scolari minħabba li s-sena d-dieħla hemm l-America’s Cup, kompetizzjoni li l-Brażil ma jridx ifalli.