Jirriżenja s-Sindku Laburista tas-Siġġiewi

Tħabbret ir-riżenja tas-Sindku tas-Siġġiewi Kurstein Sant li fl-aħħar elezzjoni sar l-ewwel Sindku Laburista f’din il-lokalità. Fuq Facebook huwa radd ħajr għas-sena li għamel f’dan l-irwol fl-istess waqt li qal li qed jirriżenja minħabba “ċirkostanzi ġodda ta’ xogħol li żviluppaw dawn l-aħħar ġimgħat”. Huwa mistenni li l-Viċi Sinkdku Rodianne Haber tieħu l-ġurament tal-ħatra bħala s-Sindku l-ġdid tas-Siġġiewi.

Fuq Facebook, Sant qal li ħa din id-deċiżjoni b’sens ta’ responsabiltà u qal ukoll li għalih kienet ġurnata li qatt ma stenna li tasal. Huwa jidher li se jżomm is-siġġu tiegħu fil-Kunsill u se jibqa’ jifforma parti mill-Kunsill Lokali bħala Kunsillier.

Il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri kien minn ta’ quddiem biex jirringrazzja piubblikament lil Sant għall-ħidma tiegħu. Għal Schembri, Sant fadallu ħafna x’jagħti lis-Siġġiewi u għaldaqstant ħeġġu biex ikompli jagħti sehmu għal ġid tal-lokalità.

Grazzi tal-impenn lil ħabib tiegħi Kurstein Sant, l-ewwel Sindku Laburista tas-Siġġiewi 🔴. Konvint li xorta fadallek…

Posted by Silvio Schembri on Monday, July 20, 2020