Jirriżenja Ministru Grieg minħabba n-nirien qattiela

Il-Prim Ministru Grieg, Alexis Tsipras aċċetta r-riżenja tal-Ministru tal-Protezzjoni Ċivili, Nikos Toskas.

Toskas kien diġà offra r-riżenja tiegħu mindu beda n-nar fil-Greċja li ħalla 88 mejta. Iżda r-riżenja ma kinitx aċċettata minn Tsipras.

Toskas wera x-xewqa tiegħu mill-ġdid għar-riżenja, lejn l-aħħar tal-ġimgħa l-oħra waqt laqgħa mal-Prim Ministru wara li l-istat ta’ emerġenza kkalma.