Jirriżenja l-pulizija li qed jinvestiga l-każ ta’ Oscar Pistorius

Hilton Botha, l-investigatur prinċipali fil-każ tal-atleta paraolimpiku Oscar Pistorius, iddeċieda li jirriżenja mill-pulizija tal-Afrika t’Isfel.

Fi Frar li għadda, Botha ma baqax involut fil-każ ta’ Pistorius hekk kif fil-mezzi tax-xandir ħareġ li hu kien qed ikun akkużat b’omiċidju. Hilton Botha jidher li wettaq diversi żbalji meta kien qed jinvestiga l-mewt tal-mudella Reeva Steenkamp, l-għarusa ta’ Oscar Pistorius.

Il-pulizija aċċettat minnufih ir-riżenja ta’ Botha u ma tat ebda raġuni wara din id-deċiżjoni. Botha kien l-ewwel uffiċċjal tal-pulizija li wasal fid-dar ta’ Oscar Pistorius meta ġrat l-isparatura f’Jum San Valentinu.

Minkejja li Oscar Pistorius qed ikun akkużat li b’mod volontarju qatel lit-tfajla tiegħu, hu qed jgħid jiċħad dan kollu. Pistorius ilu mill-bidu tal-każ, mill-14 ta’ Frar li għadda, jgħid li hu spara fuq it-tfajla tiegħu għaliex bil-lejl ħasibha ħalliel li daħal biex jisraq fid-dar tiegħu f’Pretoria, fl-Afrika ta’ Isfel.

Il-mudella Reeva Steenkamp ta’ 29 sena mietet wara li Pistorius sparalha diversi tiri.