Jirriżenja l-Prim Ministru tar-Rumanija

Il‑Prim Ministru tar-Rumanija Mihai Tudose rriżenja wara li l-Partit fil-Gvern Soċjalista rtira l-appoġġ politiku tiegħu b’vot li ttieħed illejla b’maġġoranza tal-partit jaqblu ma’ din id-deċiżjoni.
Dan hu t-tieni Prim Ministru li ġie mkeċċi mill-partit tiegħu stess f’seba’ xhur.
Fir-Rumanija, iċ-Chairman tal-partit Soċjalista huwa b’saħħtu ħafna iżda ma jistax jokkupa kariga pubblika minħabba li huwa kkundannat bi tbagħbis tal-votazzjoni.
L-uffiċjali tal-Partit qalu li Paul Stanescu mitenni jinħatar bħala aġent Prim Ministru.
Ir-Rumanija hija meqjusa bħala waħda mill-aktar pajjiżi korrotti fl-Unjoni Ewropea. Il-pajjiż għadu taħt monitoraġġ speċjali minn Brussell minħabba n-nuqqas ta’ kontroll fuq ir-responsabbiltà finanzjarja.