Jirriżenja l-PM tal-Iraq Nouri Maliki

Il-Prim Ministru tal-Iraq Nouri Maliki rriżenja mil-kariga tiegħu hekk kif il-gvern qed ikompli jiffaċċja iktar inkwiet mir-ribelli. Maliki ħabbar ir-riżenja tiegħu f’messaġġ fuq l-istazzjon televiżiv tal-istat. Il-President Iraqi talab lil Haider al-Abdai sabiex jifforma gvern ġdid.
Maliki kien jinsab taħt pressjoni qawwija sabiex iwarrab biex minfloku jsir Prim Ministru Abadi – li huwa d-deputat speaker tal-Parlament.
Offensiva mir-ribelli tal-Istat Iżlamiku fit-tramuntana tal-pajjiż wasslet għal kriżi umanitarja.
Dan hekk kif dawn ir-ribelli ħatfu parti kbira mit-territorju fit-tramuntana tal-Iraq u fis-Sirja matul is-sajf li ġej.