Jirriżenja l-kap tal-komunikazzjoni tal-Vatikan

Prefett tas-Segretarjat tal-Komunikazzjoni tas-Santa Sede Mons. Dario Vigano rriżenja wara li ntbagħet ittra editjata lill-midja.
Il-Vatikan ammetta li neħħa partijiet minn ittra dwar il-Papa Franġisku miktuba mill-predeċessur tiegħu il-Papa Benedittu XVI.
F’messaġġ qasir fuq is-sit tal-Vatikan, il-Papa Franġisku aċċetta r-riżenja tiegħu.
It-tbagħbis ikkawża kontroversja minħabba tħassib fake news.
Standards professjonali tal-ġurnaliżmu bvir-ritratti jipprojbixxu li żżid jew tneħħi xi ħaġa minn ritratti, anke speċjalment manipulazzjonijiet li jbiddlu t-tifsira tagħhom.
L-ittra, intalbet lill-Papa Beneidttu mill-Vatikan biex tkun tista’ tinqara qabel il-preżentazzjoni ta’ ktieb ġdid dwar Papa Franġisku. Fl-ittra, l-Papa Benedittu laqa’ l-pubblikazzjoni tal-volumi iżda qal li ma setgħax jagħmel riflezzjoni fuqhom minħabba li ma kellux ċans jaqrahom.
L-uffiċċju tal-komunikazzjoni tal-Vatikan ma tax spjegazzjoni għat-tbagħbis ta’ din l-ittra.
Ritratt: Vatican Media