L-eks kap eżekuttiv tal-PL jinħatar kap eżekuttiv ta’ Transport Malta

Il-Ministru għat-Trasport Joe Mizzi, kkonferma li l-eks kap eżekuttiv tal-Partit Laburista James Piscopo, se jinħatar kap eżekuttiv ta’ Transport Malta.

Dan wara r-riżenja ta’ Stanley Portelli minn din il-pożizzjoni.

Il-Ministru Mizzi kompla jgħid li l-ħidma ta’ Piscopo se ttejjeb il-kwalita’ tat-trasport pubbliku.

Aktar qabel:

F’Ittra li bagħat lill-Mexxej Laburista, Joseph Muscat, James Piscopo ħabbar li b’effett immedjat ser ikun qiegħed jirriżenja mill-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista.

Minn informazzjoni li għandu Newsbook, hu mifhum li hu rriżenja biex jieħu f’idu tmexxija ta’ Transport Malta.

Il-Partit Laburista rringrazzja lil James Piscopo tas-servizz eċċellenti tiegħu li ġie deskritt bħala strumentali kemm biex inkisbet ir-rebħa elettorali kif ukoll biex illum il-Partit Laburista huwa organizzazjoni effettiva u effiċjenti.