Jirriżenja l-Kap Eżekuttiv tal-ERA

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), Ruben Abela, irriżenja minħabba raġunijiet personali.
Dan tħabbar fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għall-Ambjent u l-Iżivilupp Sostenibbli, fejn intqal li se tinħatar temporanjament Dr Louise Spiteri sabiex tiġi assigurta kontinwità fl-ERA sakemm jinħatar jew tinħatar kap eżekuttiv ġdid.
Dr Spiteri hija membru fil-Bord tal-ERA, kif ukoll full-time Assistent Lettur fid-Dipartiment għall-Ambjent u r-Riżorsi fi ħdan l-Università ta’ Malta.
Ruben Abela, li issa rriżenja, kien inħatar sena ilu. Qabel dil-pożizzjoni, huwa kien imexxi l-Heritage Malta.