L-Ispeaker tal-Parlament Ingliż iħabbar ir-riżenja

Read in English.

L-Ispeaker tal-Parlament Ingliż John Bercow ħabbar id-deċiżjoni tiegħu li jirriżenja qabel l-elezzjoni ġenerali li jmiss.

Bercow qal lill-Membri Parlamentari Ingliżi li huwa kien se jirriżenja immedjatament jekk huma jivvutaw favur elezzjoni ġenerali bikrija fil-votazzjoni li se ssir llum jew fil-ġurnata li l-Ingliterra toħroġ mill-Unjoni Ewropea fil-każ li l-elezzjoni ma ssirx qabel dakinhar. Huwa qal li kien wiegħed lill-martu u lit-tfal tiegħu li din il-leġislatura tkun l-aħħar waħda tiegħu.

Il-Konservattivi diġà qalu li se jkunu qed jopponuh fl-elezzjoni ġenerali li jmiss. Fl-Ingilterra, l-Ispeaker tal-Kamra ma jinbidilx mal-elezzjoni ġenerali.

Bercow ta’ sikwit ħa deċiżjonijiet li jiffavorixxu l-Oppożizzjoni Ingliża fil-kawża tagħhom li jżommu lill-Gvern ta’ Boris Johnson milli jibqa’ għaddej bil-pjanijiet tiegħu ta’ Brexit mingħajr ftehim.