Jirriżenja l-Gvern tal-Libanu

Beirut Explosion

Il-Prim Ministru tal-Libanu Hassan Diab mistenni jirriżenja fis-sigħat li ġejjin wara li l-Ministri tal-Gvern kollha rriżżenjaw.

Diversi protesti kontra l-Gvern tal-Libanu eskalaw fl-aħħar jiem hekk kif in-nies qed jinsistu li ssir bidla politika radikali fil-pajjiż wara l-isplużjoni li seħħet f’Bejrut fejn fiha mietu madwar 200 persuna u ndarbu madwar 6,000 persuna oħra l-ġimgħa li għaddiet.

Il-Ministru għas-Saħħa tal-Libanu Hamad Hassan ikkonferma mal-midja li l-Gvern kollu irriżenja t-Tnejn wara nofsinhar.

Huwa żied jgħid li l-Prim Ministru mistenni jmur il-palazz presidenzjali fis-sigħat li ġejjin biex joffri r-riżenja lill-President f’isem il-kabinett kollu.