Jirriżenja l-Gvern Franċiż

Il-President Franċiż Francois Hollande ordna lill-Prim Ministru Manuel Valls biex jifforma Gvern ġdid. Dan wara li żewġ ministri kkritikaw l-miżuri ta’ awsterita’.
Il-PM Valls ħabbar ir-riżenja tal-kabinett filwaqt li Hollande talab li jitwaqqaf wieħed ġdid immedjatament.
Hu mistenni li l-kabinett il-ġdid mhux se jkun jinkludi lill-Ministru għall-Ekonomija Arnaud Montebourg u lill-Ministru tal-Edukazzjoni Benoit Hamon.