Jirriżenja l-Gvern Bulgaru minħabba l-prezz tad-dawl

Fil-Bulgarija, il-Gvern konservattiv irriżenja wara l-protesti kbar li kienu qed isiru fil-pajjiż minħabba r-rati tal-elettriku, il-miżuri t’awsterita u l-ogħli tal-ħajja.

Il-Prim Ministru, Boiko Borisov, qal li ma jistax jiggverna u jara l-protesti kollha li qed isiru madwar il-parlament.

Huwa kien ilu jipprova jikkalma s-sitwazzjoni billi keċċa l-ministru għall-finanzi, u qal li se jraħħas id-dawl. Iżda dan jidher li kien għalxejn.

Il-pagi f’dan il-pajjiż huma nofs il-medja tal-Unjoni Ewropea. Il-Bulgarija huwa meqjus bħala l-ifqar pajjiż mill-iStati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea.