Jirriżenja konsulent ekonomiku ewlieni ta’ Trump

Il-konsulent ekonomiku ewlieni tal-President tal-Istati Uniti Donald Trump Gary Cohn se jkun qed jirriżenja, skont il-White House.
Il-BBC qalet li kien hemm spekulazzjoni li Cohn, li kien jappoġġja l-kummerċ ħieles, irrabja meta l-President Trump żvela pjanijiet biex jintroduċi tariffi fuq l-importazzjoni tal-aluminju u tal-azzar.
Ir-riżenja ta’ Cohn hija waħda fost serje ta’ riżenji ta’ uffiċjali għolja mit-tim ta’ Trump.
Cohn, li huwa l-eks president tal-bank ta’ Goldman Sachs għen lil Trump biex idaħħal riformi fis-sistema tat-taxxa s-sena l-oħra.
Fi stqarrija, Cohn qal li kien unur għalih li kellu din l-opportunità biex iservi lil pajjiżu.