Jirriżenja il-Kardinal Giovanni Angelo Becciu

Il-Kardinal Giovanni Angelo Becciu rriżenja b’mod immedjat u mingħajr mistenni mill-kariga tiegħu ta’ Prefett tal-Kongregazzjoni tal-Kawżi tal-Qaddisin. 

Apparti minn hekk, il-Kardinal Becciu, irriżenja wkoll mid-drittijiet marbutin mar-rwol ta’ Kardinal. 

Fi stqarrija, il-Vatikan ikkomunika li l-Papa Franġisku aċċetta r-riżenja tiegħu. 

Il-Kardinal Becciu kien involut fix-xiri kontroversjali ta’ binja ta’ lussu fi Sloane Avenue f’Londra, f’xiri li sar bħala investiment minn fondi li-knisja kellha f’kontijiet offshore. 

Dan in-negozju huwa s-suġġett ta’ investigazzjoni finanzjarja. Minn naħa tiegħu, il-Kardinal Becciu ċaħad li għamel xi ħaġa ħazina f’dan il-każ. 

Il-Kardinal Becciu kellu wkoll il-funzjoni ta’ Sostitut tas-Segretarjat tal-Istat tal-Vatikan responsabbli mill-Affarijiet Ġenerali.