Jirriżenja d-Direttur Informazzjoni tal-PN

David Bonello, id-Direttur Informazzjoni tal-Partit Nazzjonalista, irriżenja mill-kariga li kien ilu jokkupa ftit inqas minn tliet xhur. 
Skont rapporti, Bonello qal li rriżenja minħabba raġuni personali u li se jkompli juri l-appoġġ tiegħu lejn il-Partit kif ukoll lejn il-Kap tal-Partit, Adrian Delia. 
Dr Bonello ħa post Matthew Bonett, li serva fl-istess kariga għall-aħħar tliet snin u nofs. 
Bonello li hu avukat ta’ 31 sena, ħadem fil-qasam tax-xandir għal aktar minn 14-il sena, kif ukoll fit-tim tal-Ewroparlamentari Nazzjonalista Francis Zammit Dimech.