Jirritornawlu l-basket bir-rigali u €16,000 lejlet il-Milied

Raġel ta’ 63 sena mill-Ġermanja sab sorpriża tistennieh wara li fetaħ il-basket li kien tilef. Huwa sab €16,000 fi flus kontanti apparti xi rigali. Skont il-Pulizija l-basket sabu persuna ta’ 51, f’lejlet il-Milied fi Krefeld, f’North Rhine-Wesphalia, fil-Ġermanja.

Il-Pulizija qalu li meta ppruvaw isibu xi ħaġa li tista’ tidentifika sid il-basket huma sabu diversi rigali u madwar €16,000 fi flus kontanti.

Il-persuna li sab il-basket informa lill-Pulizija li minn naħa tagħhom għamlu kuntatt mar-raġel u rritornawhulu.

Fil-Ġermanja hemm liġi li l-persuna li tirritorna l-affarijiet mitlufa tingħata premju ta’ bejn 3% u 5% tal-valur tal-oġġett. Madankollu r-raġel irrifjua dan il-premju minħabba li huwa l-Milied.