Jirritornaw is-suldati Maltin li ħadu sehem fl-operazzjoni militari fis-Somalja

Is-suldati Maltin li kienu stazzjonati fis-Somalja waslu lura Malta abbord il-bastiment Olandiż HNLMS De Zeven Provincien.
Il-qraba ta’ dawn is-suldati kienu qed jistennew fil-Port il-Kbir u ġew mistiedna għaċ-ċerimonja li fiha s-suldati Maltin ingħataw medalja mill-Olanda għall-ħidma tagħhom waqt l-operazzjoni militari kontra l-piraterija.
L-Ambaxxatriċi Olandiża għal Malta, Rita Dulci Rahman u l-Brigadier tal-Forzi Armati ta’ Malta, Jeffrey Curmi enfasizzaw fuq il-koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi u kif din il-ħidma qed tħalli r-riżultati meħtieġa kontra l-piraterija fis-Somalja.
Dan kien ir-raba’ kontinġent Malti li ħa sehem fl-operazzjonijiet militari tal-Unjoni Ewropea mal-kosta Somala. 

Ritratt: AFM