Jirritorna l-logħob mill-Premier League: ara x’kienu r-riżultati

Ir-rebbieħa tal-league tas-sena l-oħra Manchester City ġarrbu riżultat xokkanti minħabba li tilfu kontra Norwich. Min-naħa l-oħra, Liverpool komplew iżidu mar-rebħ tal-logħob tal-Premier League wara li rebħu kontra Newcastle. B’hekk telgħu ħames punti ‘l fuq fil-quċċata tal-klassifika.

Norwich marru fuq quddiem bil-gowls ta’ Kenny McLean u Todd Cantwell. Sergio Aguero rnexxielu jsib il-lasta għal City iżda Teemu Pukki skurja t-tielet gowl għal-Norwich li bih issiġilla l-logħba. Rodri skurja t-tieni wieħed għal City, iżda ma kienx fadal biżżejjed ħin biex isalvaw il-logħba.

Tottenham u Chelsea rnexxielhom jiksbu t-tliet punti f’logħob mimlijin gowls u United reġgħu lura għar-rebħ u ċaħdu tliet punti lil Leicester li bdew l-istaġun mingħajr ma tilfu logħba.

Riżultati oħra

Liverpoool 3-1 Newcastle

Brighton & Hove Albion 1-1 Burnley

Manchester United 1-0 Leicester City

Sheffield United 0-1 Southampton

Tottenham Hotspur 4-0 Crystal Palace

Wolverhampton Wanderers 2-5 Chelsea

Norwich City 3-2 Manchester City