Jirriċiklaw biex jgħinu lill-annimali fit-triq

Kumpanija Torka ivvintat magna li tinkoraġġixxi r-riċiklaġġ permezz ta’ ikel lill-annimali tat-triq. Kull darba li xi bott jew flixkun jiġi rriċiklat, mill-magna joħroġ ikel għall-klieb jew il-qtates.
Din il-magna tinsab f’Istanbul fit-Turkija u l-ikel għall-annimali jitħallas mill-profitt li jsir mir-riċiklaġġ li jsir.
Kelliem għall-kumpanija li mmanifatturat din il-magna sostna li taħdem bl-enerġija ġġenerata mix-xemx.
Qal li meta persuna twaddab bott jew flixkun, il-magna tifhem li trid twaddab ftit ikel u ilma fil-kontenituri apposta li ġew installati fil-parti ta’ isfel, minn fejn l-annimali jkunu jistgħu jieklu jew jixorbu.