Aġġornata: Dominic Raab Segretarju ġdid ta’ Brexit

Dominic Raab

Il-Prim Ministru Theresa May ħarġet illum li Dominic Raab huwa s-segretarju l-ġdid ta’ Brexit.

Raab kellu rwol vitali fil-kampanja tal-ħruġ tal-Ingilterra mil-Unjoni Ewropea.

Dan ħa postu minflok David Davis, li irriżenja il-Ħadd li għadda.

L-eks Segretarju għal Brexit, Davis, kien qed imexxi n-negozjati sabiex l-Ingilterra toħroġ mill-Unjoni Ewropea.

Fl-ittra tar-riżenja, Davis ikkritika l-pjan tal-Prim Ministru dwar Brexit li ġie deċiż mill-kabinett il-Ġimgħa. Hu sostna li din se tħalli lill-Parlament f’sitwazzjoni dgħajfa.

Fit-tweġiba tagħha, il-Prim Ministru Theresa May qalet li hi ma taqblix mal-opinjoni tiegħu, madanakollu rringrazzjatu tax-xogħol tiegħu.

Is-Segretarju Parlamentari Steve Baker iddeċieda li jirreżenja wkoll propju ftit tal-ħin wara Davis.