Jirreżenja Ministru Taljan; instab ħati ta’ frodi

Il-Ministru Taljan tal-Partit tal-Lemin irriżenja mill-Gverna wara li nstab ħati ta’ frodi. Il-Qorti ta’ Genoa sabet lill-Ministru tat-Trasport Edoardo Rixi ħati u ngħata tliet snin u ħames xhur ħabs fuq frodi meta kien għadu kunsillier fir-reġjun ta’ Liguria bejn l-2010 u l-2012.

Rixi ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih madankollu huwa rreżenja mill-Partit sabiex jevita li jkun hemm problemi fil-Gvern. Għalissa mhux se jkun qed imur il-ħabs għalissa minħabba li appella mis-sentenza.

Mn-naħa tiegħu Matteo Salvini aċċetta r-riżenja ta’ Rixi u qal ligħamel dan biex jipproteġi lilu u l-Gvern minn attakki u polemiċi bla bżonn. Salvini qal li huwa konvint mill-onestà ta’ Rixi.