Read in English.
Il-Ministru għall-Finanzi Ingliż Sajid Javid irreżenja llum, u dawwar il-pjanijiet tal-Prim Ministru Boris Johnson għar-reshuffle tal-Kabinett li kellu ppjanata.
It-tim ta’ Johnson ried li l-iżjed Ministri ta’ suċċess fl-Ingilterra jżommu l-pożizzjoni tagħhom, iżda r-riżenja ta’ Javid fixklet dan il-pjan. Editur politiku qal li r-riżenja ġiet minħabba nuqqas ta’ qbil dwar il-konsulenti tiegħu.
Dan l-editur qal li l-Prim Ministru qallu biex ikeċċi lill-konsulenti speċjali tiegħu biex joħdulhom posthom oħrajn. Il-Kanċillier qal li l-ebda ministru li jirrispetta lilu nnifsu ma jaċċetta kundizzjonijiet bħal dawn.
Rishi Sunak, li qabel kien Kap Segretarju tat-Teżorerija, ġie appuntat minflok Javid bħala Ministru għall-Finanzi.