Read in English.
Il-President tal-MCAST Frederick Schembri rreżenja.
Fi stqarrija l-Ministeru għall-Edukazzjoni ħabbar li Schembri informa lill-Ministru Owen Bonnici li ma riedx ikompli jservi bħala President.
“Il-gvern jirringrazzja lis-Sur Schembri tas-servizz eċċellenti li huwa ta fis-sentejn li dam fil-kariga, fejn l-MCAST kompliet timxi ‘l quddiem bħala kulleġġ ta’ eċċellenza fejn jidħol it-tagħlim vokazzjonali u applikat,” qal il-Ministeru.
Schembri wera disponibbiltà li jkun ta’ servizz f’oqsma oħra marbuta mas-settur edukattiv.
Il-Professur Mark Borg, li jokkupa l-kariga ta’ Viċi President, inħatar Aġent President tal-Kulleġġ.