Jirreżenja l-Kap tal-Moviment Patrijotti Maltin

Read in English.

Il-Kap tal-Moviment Patrijotti Maltin Henry Battistino rreżenja mill-kariga tiegħu bħala Kap tal-Partit.

Fuq Facebook, Battistino qal li jerfa’ r-responsabbilità kollha għar-riżultat li kiseb il-partit f’dawn l-elezzjonijiet. Qal li se jkun qed jirreżenja b’mod “immedjat.”

F’dawn l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Moviment Patrijotti Maltin kiseb 771 vot (0.30%). Il-partit kellu żewġ kandidati – Simon Borg u Naged Megally. Dawn kisbu 577 u 194 vot rispettivament.

Id-distakk bejn il-partiti jonqos għal 42,656 vot

Skont l-aħħar ċifri, il-kandidata eletta tal-Partit Laburista Miriam Dalli kisbet l-akbar ammont ta’ voti (63,438). L-inqas kien il-kandidat indipendenti Mario Borg b’22 vot.

Issa li hareg ir-Rizultat Ufficjali jidher car li il-Partit li tant inhobb kellhu Disfatta'….Jiena bhala Kap…

Posted by Henry Battistino on Monday, May 27, 2019