Jirreżenja l-Kap Eżekuttiv tal-Air Malta wara sentejn

Read in English.

Il-Kaptan Clifford Chetcuti rreżenja mill-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-linja tal-ajru Air Malta fuq raġunijiet personali. Hu kien inħatar fl-2018.

Dan tħabbar mill-Ministeru għall-Ekonomija. Il-Ministru Silvio Schembri rringrazzja lil Clifford Chetcuti għax-xogħol li wettaq matul dawn l-aħħar sentejn.

Schembri faħħar lill-Kaptan Chetcuti għar-reżiljenza tiegħu u l-impenn personali sabiex imexxi l-kumpanija fi żminijiet ta’ sfida.

Intqal li l-Kaptan Chetcuti “se jkompli jkun ta’ appoġġ għall-kumpanija sakemm l-Air Malta tappunta Kap Eżekuttiv ġdid.”

Intqal ukoll li huwa offra l-appoġġ inkondizzjonat lejn il-linja nazzjonali abbażi ta’ ebda remunerazzjoni.