Jirreżenja l-Arċisqof Awstraljan li ħeba abbuż sesswali

Reuters

Irreżenja l-Arċisqof Awstraljan Philip Wilson, il-kleriku fl-ogħla pożizzjoni li nstab ħati li żamm sigriet abbuż sesswali tat-tfal fil-Knisja Kattolika.

Wilson ta’ 67 sena minn Adelaide ġie kkundannat talli ma tax informazzjoni lill-Pulizija dwar abbuż minn qassis ieħor, James Fletcher, wara li sar jaf b’dan fl-1976 minn 2 vittmi, wieħed minnhom abbati li qallu dan waqt qrara.

Din ir-reżenja tiġi jumejn wara li l-Vatikan ħabbar li l-Papa aċċetta r-reżenja tal-Kardinal Theodore McCarrick, l-eks arċisqof ta’ Washington, li kien akkużat b’abbużi sesswali.

Il-Vatikan qal li l-Papa Franġisku aċċetta r-reżenja ta’ Wilson.