Jirkupra l-futboler li ntilef minn sensih

Il-futboler ta’ Santa Venera Yau-Mun Law, li kien spiċċa f’kundizzjoni kritika wara li sofra minn problemi f’qalbu waqt logħoba ħareġ mill-isptar.

Dan tħabbar fuq il-paġna tat-tim ta’ Santa Venera Lightnings. Ġie spjegat li l-plejer, li huwa wkoll il-kaptan tat-tim, issa rritorna ma’ familtu u jinsab fi żmien ta’ rkupru.

Infermier u fotografu preżenti fil-grawnd taċ-Ċentinarju f’Ta’ Qali kienu taw l-ewwel għajnuna lill-plejer ta’ Santa Venera li ntilef minn sensih waqt logħba f’Ottubru. Il-każ seħħ waqt partita tat-Tlielet Diviżjoni bejn it-tim ta’ Santa Venera u Kirkop United. Il-Captain ta’ Santa Venera Yau-Mun Law sofra problemi f’qalbu u ntilef minn sensih.

Aqra: Plejer ta’ Santa Venera jintilef minn sensih fil-grawnd; jgħinuh infermier u fotografu

Plejer tal-futbol tat-tim ta’ Santa Venera Lightnings FC kien qal li hu u l-membri l-oħra tat-tim mhux se jkunu qed jilgħabu aktar logħob tal-football jekk ma jkunx hemm preżenti ambulanza.

Aqra: Bżonn li l-klabbs ikollhom persuna mħarrġa fl-ewwel għajnuna