Jirfes sieq pulizija bil-karozza f’Tas-Sliema

Raġel ta’ 39 sena ngħata sentenza ta’ 12-il xahar priġunerija wara li nstab ħati li kkaġuna ġrieħi fuq kuntistabbli tal-Pulizija.
Il-każ imur lura għal Marzu tal-2012, meta l-pulizija avviċinaw lir-raġel li kien qed jiġi akkużat li kiser il-kundizzjonijiet tal-liberta’ proviżorja.
Dak il-ħin l-akkużat irnexxielu jaħrab, iżda meta weħel fit-traffiku u l-pulizija reġgħu avviċinawh, l-akkużat saq u rifes sieq wieħed mill-uffiċjali, li ġarrab ġrieħi ħfief f’saqajh.
Ir-raġel ġie akkużat ukoll li għamel ħsara lil karozza tal-pulizija. Fuq ordni tal-qorti, l-akkużat intbagħat fis-sala forensika fl-Isptar Monte Karmeli.