Jirduppjaw ir-rapporti ta’ vjolenza psikoloġika f’Tas-Sliema

vjolenza psikoloġika

Is-sena li għaddiet irduppjaw ir-rapporti lill-Pulizija f’Tas-Sliema, ta’ vjolenza psikoloġika riżultat ta’ vjolenza domestika.
Skont ċifri ppreżentati fil-Parlament mill-Ministru għall-Intern Michael Farrugia, ġew irrappurtati 20 każ ta’ vjolenza psikoloġika. Fl-2016, kien hemm 10 każi u 9 każi fl-2015.
Sa Mejju ta’ din is-sena ġew rappurtati 16 il-każ ta’ vjolenza domestika f’Tas-Sliema. Is-sena l-oħra kien hemm 31 rapport ta’ vjolenza domestika u 35 każ fl-2016 f’din il-lokalità.
Il-mistoqsija fil-Parlament saret mid-deputat tal-PN, Karol Aquilina.