Jirduppjaw il-passiġġieri li jużaw tal-linja

Malta-Tallinja

Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal fil-Parlament li l-ammont ta’ nies li jużaw is-servizz tat-trasport pubbliku rdoppja u minn 23 miljun persuna li kienu jużawh sal-2013, issa hemm 50 miljun persuna li tuża s-servizz tal-linja f’sena.
Waqt li kien qiegħed iwieġeb għall-mistoqsija supplementari tad-deputat Laburista Bjorn Camilleri, il-Ministru qal li s-servizz tat-trasport pubbliku fadallu fejn jittejjeb iżda hu ferm aħjar milli kif kien taħt Gvern Nazzjonalista.