Jirduppjaw il-multi mill-OHSA

Fl-2016, l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) ħarġet 361 multa filwaqt li matul is-sena ta’ qabel l-OHSA ħarġet 187 multa fuq ksur tal-liġi dwar saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol.
Fil-Parlament, il-Ministru Helena Dalli ppubblikat il-figuri għal din is-sena u qalet li l-ammont dovut min dawn il-multi kien ta’ €142,600.
92% ta’ dawn il-multi tħallsu u l-ammont miġbur kien ta’ €131,400.
Spjegat li d-differenza bejn l-ammont dovut u l-ammont miġbur hija attribwita għal diversi fatturi, fosthom li numru ta’ multi jkunu appellati fil-Qorti. F’dawn il-każi, u meta l-Qorti tikkonferma l-multa, il-ħlas ma jsirx lill-OHSA iżda jinġabar bħala multa li tkun imposta mill-Qorti. 
Barra minn hekk, wieħed jista’ jitlob li jħallas il-multa bin-nifs għaldaqstant dan ukoll jista' jwassal biex parti mill-multa titħallas is-sena ta’ wara.
Matul is-sena 2016, Newsbook.com.mt kien ippubblika numru ta’ stejjer relatati mas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.
Tista’ taqra dawn ir-rapporti hawnhekk:
Filmat: Fuq fallaka marbuta b'ħabel f'San Ġiljan
Ritratt: Sigurtà żero?
Filmat: Jieħu riskji kbar biex jiżbogħ ħajt