Jirduppjaw il-kuntratti ta’ bejgħ permezz ta’ aġenti

In-numru ta’ kuntratti dwar bejgħ ta’ propjetà li mmaterjalizzaw permezz tal-involviment ta’ aġenti tal-propjeta fl-2015 kienu kważi d-doppju tal-medja tal-aħħar erba’ snin.
Dan joħroġ minn informazzjoni mogħtija mill-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonlista Claudio Grech.
Is-sena li għaddiet kien hemm 15,557 kuntratt ta’ bejgħ ta’ propjetà li minnhom 972 raw l-involviment ta’ aġent – madwar 6.3%.
Is-sena preċedenti n-numru kien ta’ 430 kuntratt minn 14,975.
Bħala medja, fl-aħħar erba’ snin aġenti kienu involuti biss f’3.5% tal-kuntratti ta’ bejgħ ta’ propjetà.