Jirduppjaw il-każijiet ta’ moħqrija fuq l-annimali

Mill-2015 sa Settembru ta’ din is-sena, il-Pulizija rċeviet 37 rapport dwar moħqrija tal-annimali u b’kollox tressqu l-Qorti 38 persuna b’rabta ma’ dan ir-reat.
Dan ħareġ minn informazzjoni mpoġġija fuq il-medja tal-Kamra mill-Ministru Josè Herrera b’risposta għall-mistoqsija tad-Deputat tal-Oppożizzjoni Mario Galea.
Fl-aħħar sentejn il-każijiet ta’ moħqrija fuq l-annimali żdiedu.
Fl-2015, tressqu l-Qorti tmien persuni. Is-sena li għaddiet, dan in-numru rdoppja għal 16-il persuna.
Sa Settembru ta’ din is-sena, diġà tressqu l-Qorti erbatax-il persuna.

Ritratti: Mill-Arkivji