Jirdoppjaw l-oqbra fiċ-ċimiterju l-ġdid tal-Mellieħa

L-Awtorità tal-Ippjanar approvat l-applikazzjoni biex fiċ-ċimiterju l-ġdid tal-Mellieħa jiżdiedu 76 qabar.
Dan ifisser li n-numru ta’ oqbra f’dan iċ-ċimiterju kważi se jirdoppja.
L-oqbra l-ġodda se jsiru fuq biċċa art li diġà teżisti fil-konfini ta’ dan iċ-ċimiterju.
Apparti minn hekk l-Awtorità tal-Ippjanar approvat ukoll xogħlijiet oħra, fosthom alterazzjonijiet, manutenzjoni fuq il-ħajt u l-kappella u anke grada ġdida għaċ-ċimiterju.
Bħalissa ċ-ċimiterju għandu 82 qabar u huwa magħruf bħala “Omm il-Ħniena. 
Dan jinsab isfel nett tan-niżla li miċ-ċentru tal-Mellieħa tagħti għall-Għadira.
Il-proġett se jiswa €400,000.