​Jirċievu l-warrant 8 nutara ġodda

8 nutara rċevew il-warrant mill-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici.
Il-Ministru Bonnici enfasizza man-nutara dwar l-importanza u r-responsabbiltà li ġġib magħha din il-professjoni.
Ħeġġiġhom biex jiftakru li l-professjoni tagħhom hi kruċjali, u li jeħtieġ li jkunu xhieda ta’ etika u ta’ serjetà.
Il-Ministru ħabbar id-dħul fis-seħħ ta’ avviż legali dwar il-Kodiċi ta’ Etika tan-Nutara.
Fisser li dan mhux biss jikkontribwixxi lill-kariga tan-nutar, iżda anke liċ-ċittadin li jmur għas-servizzi.
Ritratt: DOI – Clifton Fenech