Filmati: Jirbaħ Robert Abela

Mexxej ġdid għall-Partit Laburista

Miguela Xuereb

LIVE: Ċelebrazzjonijiet għar-rebħa ta' Robert AbelaSegwi hawn: http://bit.ly/30dqSkS

Posted by Newsbook.com.mt on Saturday, January 11, 2020

Robert Abela rebaħ l-elezzjoni għall-kariga ta’ Mexxej tal-Partit Laburista. Dan ifisser li b’hekk se jsir ukoll il-Prim Ministru ta’ Malta.

F’messaġġ qasir lill-midja, fil-preżenza wkoll ta’ martu Lydia, Dr Robert Abela qal li llum ma rebaħx Robert Abela u lanqas tilef Chris Fearne, “imma llum rebaħ il-Partit Laburista”.

LIVE: Mill-Kwartieri Ġenerali tal-PLSegwi hawn: http://bit.ly/30dqSkS

Posted by Newsbook.com.mt on Saturday, January 11, 2020

Dr Joseph Muscat, il-Prim Ministru uxxenti, awgura lil Abela ftit wara s-1.30am.

Minn xħin beda l-għadd tal-voti, Abela kien minn dejjem fuq quddiem. Fl-aħħar għadd kiseb 57.9% tal-voti, bl-avversarju tiegħu Chris Fearne jikseb 42.1%.

B’kollox kien hemm 16,216 tesserat tal-PL li vvutaw fl-elezzjoni li ntemmet is-Sibt filgħaxija. It-turnout kien ta’ 92.5%.

Min hu Robert Abela?

Robert Abela hu Deputat Parlamentari elett f’isem il-Partit Laburista mis-Sitt Distrett.

Twieled f’Ġunju tal-1977 u ggradwa bħala avukat. Abela kiber f’Ħal Qormi, minn fejn ħadem f’uffiċċju legali, flimkien ma’ missieru. Serva wkoll bħala konsulent legali ta’ diversi entitajiet governattivi u privati.

Ġie elett fil-Parlament meta kkontesta għall-ewwel darba fl-2017.

Abela huwa miżżewweġ lil Lydia, is-Segretarja tal-Eżekuttiv tal-PL, u għandu tifla.Robert Abela huwa iben il-President Emeritu George Abela.